L-aġenzija ta' kreditu internazzjonali Moody's ikkonfermat li l-ekonomija ta' pajjiżna sejra tajjeb, speċjalment minħabba t-tkabbir fl-azjendi tas-servizzi. Moody's tgħid li s-sorsi ta' tkabbir ekonomiku huma aktar bilanċjati issa meta mqabbla mas-snin ta' qabel. Dan għaliex it-tkabbir ġej mill-konsum privat u l-investiment.

Skont l-analisti ta' Moody's, "Malta's high economic strength assessment reflects relatively strong economic growth, an elevated per-capita income and very high scores in terms of global competitiveness". Din hija konferma bl-iswed fuq l-abjad li mhux talli pajjiżna ma talabx bailout kif kien bassar il-Kap tal-Oppożizzjoni, imma talli pajjiżna huwa meqjus li għandu ekonomija b'saħħitha.

L-analisti ta' Moody's isostnu li d-domanda domestika saret sors ewlieni ta' tkabbir ekonomiku.

Fost il-kawżi ewlenin isemmu t-tnaqqis fir-rati tal-income tax, prezzijiet orħos tal-fjuwil, traħħis filkontijiet tad-dawl u l-ilma, kif ukoll investiment qawwi fis-settur tal-enerġija. Dawn huma kollha frott id-deċiżjonijiet li ħa l-Gvern.

Skont Moody's, din l-ekonomija b'saħħitha qed twassal għal tnaqqis qawwi fir-rata ta' qgħad f'pajjiżna. L-istrateġija li addotta l-Gvern fis-settur tal-enerġija u fil-qasam tax-xogħol intlaqgħet tajjeb millaġenzija ta' kreditu internazzjonali. Moody's tgħid li, b'din l-istrateġija, hemm opportunita qawwija ta' żieda sinifikanti fil-potenzjal ekonomiku ta' pajjiżna u tinnota kif l-involviment ta' Shanghai Electric Power wassal għal finanzi aktar sodi fl-Enemalta u tnaqqis fl-obbligi tal-Gvern.

Filwaqt li l-Oppożizzjoni tgħid li l-kompetittività ta' pajjiżna sejra ħażin, ir-rapport ta' Moody's jgħid li l-kompetittività hija għolja u li f'ċertu setturi bħat-turiżmu hija anke aħjar. Filwaqt li Simon Busuttil jikkritika l-Gvern fuq governanza, ir-rapport ta' Moody's jgħid li "worldwide governance indicators point to very high institutional strength".

Il-Gvern jilqa' b'sodisfazzjon iċ-ċertifikat pożittiv li taw l-esperti ta' Moody's li Malta hija ekonomija b'saħħitha. Huwa inkoraġġanti ħafna li, skont Moody's, "fiscal consolidation is on a good footing" u li "the budget targets appear to be realistic as they are built on reasonable macroeconomic assumptions and measures that appear socially acceptable for key stakeholders". Din il-fiduċja mistennija tattira aktar interess fost investituri barranin u twassal għal titjib akbar flekonomija tagħna.

(Source: DOI)

The content of this article is intended to provide a general guide to the subject matter. Specialist advice should be sought about your specific circumstances.